Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Merhba mill-Ghaqda ta' l-Armar 25 Ta' Novembru - Zejtun

Merhba f'din il-Web Site ufficjali ta' l-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru, Zejtun.  L-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru hija ghaqda li tiehu hsieb dak kollu konness ma' l-armar u t-tizjin kollu li jsir fit-toroq taz-Zejtun fil-jiem tal-festa Titulari ta' Santa Katarina V.M. li ssir fit-tielet Hadd ta' Gunju.  Din l-Ghaqda hija taht ir-responsabbilita tal-Parrocca taz-Zejtun u hija mmexxija minn Kumitat habrieki taht il-presidenza ta' l-Arcipriet tal-Parrocca.  Il-Kumitat flimkien ma diversi zghazagh habrieka jiehdu hsieb sabiex matul is-sena kollha jaraw li l-Armar tal-festa jkun f'kundizzjoni tajba u jiehdu hsieb ukoll li minbarra li jirrestawraw xi armar antik, ikomplu wkoll jziedu l-armar li jsebbah it-toroq fil-Jiem tal-Festa. Matul is-sena z-zghazagh membri ta' din l-ghaqda jingabru flimkien fl'imhazen tal-parrocca, taht ic-centru parrokkjali fejn flimkien jesprimu t-talenti taghhom b'risq dan l-Armar.  Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalihom li dak kollu li jkunu ghamlu matul is-sena, jkun apprezzat. Ix-xoghol taghom huwa kollu volontarju u barra minn hekk huma jiehdu hsieb ukoll sabiex jaghmlu Fund Raising matul is-sena sabiex dak kollu li jaghmlu  jkun ta l-inqas  piz finanzjarju fuq il-parrocca ngenerali.

Nittammaw li din il-Web Site tkun ta' interess kif ukoll sens ta' nformazzjoni ghal dawk kollha li joghgobhom izuruha u tkun ukoll ta' beneficcju sabiex dak ix-xoghol li jsir mhux biss jigi esebit fil-jiem tal-festa izda jkun jista jigi apprezzat f'din is-site. Niehdu gost jekk tghaddulna il-kummenti u suggerimenti taghkhom ghax dawn jkomplu jaghmluna aktar professjonali fix-xoghol taghna.  Grazzi.

Flimkien ghal festa wahda.

Fit-tielet Hadd ta' Gunju, ta' kull sena gewwa z-Zejtun tigi ccelebrat f'tant solennita il-festa titulari ta' Santa Katarina V.M. Sa l-1990 il-festa kienet tigi ccelebrat Hadd qabel Kristu Re f'Novembru, izda wara l-1990 il-festa hadet postha fit-tielet Hadd ta' Gunju.  Minn dak iz-zmien sal-llum il-festa taghna hadet xejra ohra u dak kollu li b'tant sagrificcju jsir mid-diversi ghaqdiet involuti fil-festa jista' llum jitgawda ahjar.  Principarjament il-festa fiz-Zejtun tigi organizzata mill-Parrocca, li tiehu hsieb dak kollu li jinvolvi il-festi liturgici, kif ukoll ghanda taht ir-responsabilta taghha l-Armar tat-toroq.  Iz-zewg Baned, Beland u Zejtun, ghandhom imbaghad sehem importanti fil-festa, ghaliex jiehdu hsieb il-festi li jsiru fuq barra. Il-koperazzjoni bejn il-kumitati taz-zewg kazini tal-baned Zwieten, huwa ic-cavetta tas-successi kollha li minn sena ghal ohra jkomplu jkabbru il-festa taghna.  Fiz-Zejtun ghandna ukoll l-Ghaqda tan-Nar 25 ta' Novembru, li tiehu hsieb in-nar kollu li jinharaq fil-jiem tal-festa. Il-Membri ta' din l-ghaqda jiehdu hsieb li matul is-sena jahdmu in-nar fil-Fabbrika tan-nar li l-istess Ghaqda ghanda fl'inhawi maghrufa 'ta' lambordi".  Dawn kollha jaghtu il-kontribut shih taghhom sabiex il-festa fiz-Zejtun tkun verament success.  

L-Armar fit-toroq, li jintrama fil-jiem tal-festa, huwa maqsum f'zewg dipartimenti.  Ghandek l-armar tad-dwal fit-toroq, li jintrama minn kuntrattur privat, li jigi kkummisjonat ghal dan ix-xoghol mill-parrocca, kif ukoll ukoll l-armar l-iehor kollu, minn antaljoli u kollonni sa statwi u drapp.  Dan huwa kollu responsabbilita ta' l-Ghaqda ta' l-Armar, taht il-kappa tal-Parrocca nnifisha.  

Ir-relazzjoni bejn il-parrocca, l-kazini tal-baned u l-ghaqdiet ta' l-Armar u n-Nar, hija wahda verament tajba u ghaldaqstant il-kontribut ta' kull wiehed minn dawn huwa holqa fil-katina li taghmel il-festa wahda mill-aqwa. Il-Membri attivi f'dawn l-ghaqdiet huma kollha konxji li s-success jinkiseb billi kulhadd jigbed l-istess habel u dan huwa l-mertu li l-ghaqda shiha li tezisti hija frott l-entuzjazmu ta' kulhadd flimkien.

Kollha flimkien inhossuna kburin li dak l-ghan li nahdmu flimkien ghalih, jirnexxilna mhux biss inwettquh izda jirnexxilna nkattru il-Gid minnu. Il-Festa ta' Santa Katarina fiz-Zejtun hija festa taz-Zwieten kollha flimkien u dan jaghmilna tassew kburin li l-festa taghna tigi sabiex tkompli aktar tghaqqadna flimkien u qatt sabiex tifridna.